Google

Ġewwa Google Translate

Sir af kif jinħolqu t-traduzzjonijiet tagħna

X'inhu Google Translate?

Google Translate huwa servizz ta' traduzzjoni bla ħlas li jipprovdi traduzzjonijiet minnufih bejn 57 lingwa differenti. Jista' jittraduċi kliem, sentenzi u paġni elettroniċi bejn kwalunkwe kombinazzjoni tal-lingwi. B'Google Translate, nittamaw li nagħmlu informazzjoni aċċessibbli b'mod universali u utli, minkejja l-lingwa li biha tkun miktuba.

Kif jaħdem?

Meta Google Translate jiġġenera traduzzjoni, ifittex għal tendenzi f'mijiet ta' miljuni ta' dokumenti biex ikun jista' jiddeċiedi dwar l-aħjar traduzzjoni għalik. Billi jsib tendenzi fid-dokumenti li jkunu diġà ġew tradotti minn tradutturi umani, Google Translate jista' jagħmel għażliet intelliġenti fir-rigward ta' xi tkun l-aktar traduzzjoni xierqa. Dan il-proċess ta' tiftix għal tendenzi f'ammonti kbar ta' testi jissejjaħ "traduzzjoni statistika b'magna." Minħabba li t-traduzzjonijiet huma ġġenerati b'magni, mhux it-traduzzjonijiet kollha jkunu perfetti. Iktar ma Google Translate jkun jista' janalizza dokumenti tradotti minn bnedmin f'lingwa speċifika, aktar tkun tajba l-kwalità tat-traduzzjoni. Din hija r-raġuni l-għala l-preċiżjoni tat-traduzzjoni tvarja ħafna bejn lingwa u oħra.

Liema lingwi jagħraf Google Translate?

Attwalment, Google Translate jappoġġja 57 lingwa:

Afrikaans
Albaniż
Għarbi
Belarussu
Bulgaru
Katalan
Ċiniż
Kroat
Ċek
Daniż
Olandiż
Ingliż
Estonjan
Filippin
Finlandiż
Franċiż
Galizjan
Ġermaniż
Grieg
Lhudi
Ħindi
Ungeriż
Iżlandiż
Indoneżjan
Irlandiż
Taljan
Ġappuniż
Korean
Latvjan
Litwan
Maċedonjan
Malajan
Malti
Norveġiż
Persjan
Pollakk
Portugiż
Rumen
Russu
Serb
Slovakk
Sloven
Spanjol
Swaħili
Żvediż
Tajlandiż
Tork
Ukrain
Vjetnamiż
Welsh
Yiddish

Il-lingwi alpha attwali huma:

Armen
Ażerbaijani
Bask
Ġeorġjan
Haitian Creole
Urdu

Google Translate jittestja lingwi oħrajn imsejħin "lingwi alpha", li jista' jkollhom kwalità tat-traduzzjoni inqas affidabbli mil-lingwi appoġġati tagħna. Qegħdin dejjem naħdmu fuq l-appoġġ għal lingwi oħrajn u sejrin nintroduċuhom malli l-kwalità tat-traduzzjoni tissodisfa l-istandards tagħna.

X'nista' nagħmel biex intejjeb il-kwalità tat-Traduzzjoni?

Jekk tinnota li waħda mit-traduzzjonijiet tagħna tista' tkun aħjar, iklikkja fuq il-link "Ikkontribwixxi traduzzjoni aħjar" fuq il-paġna tar-riżultati biex tissuġġerixxi titjib. Tista' tgħin ukoll biex ittejjeb il-kwalità tat-traduzzjoni billi tuża Translator Toolkit għat-traduzzjoni jew billi ttella' l-memorji tat-traduzzjoni tiegħek fi Translator Toolkit.

Trid titgħallem iktar?

Jekk ikollok aktar mistoqsijiet dwar Google Translate jew tixtieq tagħtina l-feedback tiegħek, jekk jogħġbok ara l-grupp ta' diskussjoni ta' Google Translate.

Tista' taqra aktar dwar ħafna mill-aġġornamenti l-aktar reċenti tagħna fuq il-Blog ta' Google Translate u dwar proġetti ta' riċerka oħrajn ta' Google fuq is-sit elettroniku ta' Google Research.

Biex issir taf aktar dwar ix-xjenza ta' traduzzjoni b'magni, iċċekkja dawn ir-riżorsi:
Arkivju ta' Traduzzjoni b'Magna
Traduzzjoni Statistika b'Magna