Xi kultant, l-aqwa riżultat għall-frażi tat-tfittxija tiegħek ma jkunx fil-lingwa tiegħek Sabiex tagħmel it-tfittxija tiegħek tabilħaqq globali, ipprova l-għażla "Translated Search" f'Google Search. Tistabbilixxi liema lingwi għandhom l-aqwa informazzjoni għall-mistoqsija tiegħek u tittraduċi riżultati mill-web minn dawk il-lingwi lura għal tiegħek.
Jekk tfittex terminu f'lingwa barranija fuq Google Search, tista' tiltaqa' ma' riżultati ta' tfittxija li ma jkunux fil-lingwa nattiva tiegħek. Kullma għandek tagħmel huwa li tiklikkja fuq il-link "Ittraduċi din il-paġna" ħdejn ir-riżultat tat-tfittxija biex tara traduzzjoni b'magna tal-paġna fuq Google Translate.
Għal traduzzjonijiet sempliċi, lanqas għandek għalfejn toħroġ mill-paġna tar-riżultati tat-tfittxija ta' Google. Kullma għandek tagħmel huwa li tittajpja l-mistoqsija tiegħek relatata mat-traduzzjoni u tara r-riżultat tat-traduzzjoni minnufih.
Ipprova Google Chrome, il-browser veloċi, sikur u multilingwi tagħna. Simili għal Google Toolbar, Chrome jinduna awtomatikament meta inti żżur paġna f'lingwa barranija u jittraduċi t-test minnufih għal-lingwa nattiva tiegħek.
Google Toolbar huwa browser add-on għal Internet Explorer u Firefox li jinduna awtomatikament li paġni elettroniċi huma miktubin f'lingwi barranin u jittraduċi t-test ta' dawk il-paġni fil-lingwa nattiva tiegħek.
X'tagħmel jekk tirċievi e-mail importanti - iżda din ma tkunx fil-lingwa tiegħek? Jekk tuża GMail, dan jista' jittraduċi awtomatikament messaġġi b'email f'lingwa barranija għal-lingwa tiegħek stess. Kullma għandek tagħmel hu li tattiva l-karatteristika f'Gmail Labs. Hawn hu kif.
Waqt li tkun f'GMail, tista' tagħmel chat multilingwi mal-pen-pals tiegħek li joqogħdu barra minn pajjiżek. Żid il-Google Translate Chat Bot għall-konversazzjoni tiegħek u kisser il-barriera tal-lingwa.
Qatt ridt li jkollok diskussjoni ma' nies minn madwar id-dinja kollha? Iċċekkja l-karatteristiċi tat-traduzzjoni fi Google Groups - tista' tibgħat messaġġi fil-lingwa tiegħek u tara tweġibiet minn utenti mid-dinja kollha tradotti għal-lingwa tiegħek. Din il-karatteristika togħġobna u nużawha fil-grupp ta' diskussjoni tagħna stess biex naqbdu mal-utenti tagħna.
Ipprovaha issa: Żur Grupp ta' Diskussjoni ta' Google Translate.Trid dibattitu multilingwi? Uża Google Moderator - dan jittraduċi awtomatikament il-mistoqsijiet u l-kummenti minn lingwi oħrajn għal tiegħek.
Ippruvah issa: Żur Google Moderator.Ittraduċi d-dokumenti u l-frażijiet kollha fi ħdan id-dokumenti f'Google Docs. Sir af kif hawn.
Ippruvah issa: Ibda dokument fi Google Docs.Trid tattira udjenza internazzjonali fuq Youtube? Bi ftit klikks, tista' tittraskrivi awtomatikament il-vidjows tiegħek u żżid captions magħluqin tradotti. Sir af kif hawn.
Żur translate.google.com/m fuq il-mobile phone tiegħek biex tara Google Translate ottimizzat għall-apparat mobile tiegħek.

Biex tiskopri s-saħħa vera ta' Google Translate, niżżel l-applikazzjoni Android tagħna. Inti tkellimha u tisma' lura t-traduzzjoni mitkellma. L-applikazzjoni tappoġġja wkoll Storja, Starring u dizzjunarju mimli kliem għal-logofili kollha tiegħek.
Ipprovaha issa! Skennja din il-barcode permezz ta' applikazzjoni ta' "Scanner tal-barcodes" biex tniżżel Google Translate għal Android:

Traduzzjoni b'magna hija mod eċċellenti kif tesponi s-sit elettroniku jew in-negozju tiegħek għal udjenza globali. Dawn huma wħud mill-modi kif Google Translate jista' jgħin lilek u lin-negozju tiegħek:
Żid il-web element ta' Google Translate sabiex tagħmel il-website tiegħek internazzjonali minnufih. Huwa biss ftit linji sempliċi ta' HTML - ippruvah issa.
Fassal soluzzjoni ta' traduzzjoni għas-sit elettroniku tiegħek permezz ta' Google Translate AJAX API. Sir af aktar dwar paġna ta' Google Code.
Inti traduttur professjonali? Tista' żżid il-produttività tiegħek billi tuża Google Translator Toolkit. Translator Toolkit fih WYSIWYG UI għal kuntest waqt it-traduzzjoni, traduzzjoni b'magna, glossarji, u l-abilità li ttella' u li tniżżel il-memorji tat-traduzzjoni tiegħek.